BALZAN FOOTBALL CLUB

MINUTI TAL-LAQGĦA ĠENERALI STRAORDINARJA – Sena 2020

Din il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja, saret nhar it-Tlieta 6 ta’ April 2021 b’mod virtwali fuq Google Meet’.

Għal din il-Laqgħa bdiet fis-6.45 pm, b’dawn il-membri preżenti :

David Melillo, Joseph Agius, Peter Cipriott, Paul Meilak, Ivan Pirotta, Diane Cassar, Eric Galea, Peter Paul Borg u Louis Ebejer. Kien hemm diversi membri oħra li ċemplu biex jgħidulna li huma ppruvaw jaqbu bl-internet via ”Google Meet” u ma rnexxilomx

Preżenti wkoll kien hemm l-accountant tagħna is-sur Pierre Sammut u l-Awdituri estern tagħna – DFK Malta is-Sur Emmanuel Farrugia.

Għal din il-Laqgħa Ġenerali Strordinarja attenda r-rappreżentant tal-MFA is-sur Stephen Calleja biex jagħmel rapport fuq din il-Laqgħa.

Din il-Laqgħa ġiet ippreseduta mill-viċi President is-sur David Melillo

Introduzjoni :

Il-viċi President irringrazzja lill dawk preżenti talli għoġobhom jieħdu sehem f’din il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja.

Hu qal li din il-Laqgħa ssejħet skond ir-Regolamenti tal-MFA u tal-UEFA fuq il-Financial Fair Play.

AĠENDA :-

  1. Qari mil-minuti tal-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret fil-11 ta’ Ġunju 2020.

  2. Approvazzjoni għar-Rapport Amministrattiv għas-sena 2020.

  3. Approvazzjoni tar-Rapport Finanzjarju tal-klabb, għall perjodu mill-1 ta’Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2020, awditjat mill-Awdituri DFK Ltd Malta.

  4. Ħatra ta’ Awdituri Professjonali għas-sena 2021.

  5. Affarijiet oħra.

  6. Għeluq mill-viċi President.

Item 1 : Qari ta’ estratt mil-minuti tal-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret fil-11 ta’ Ġunju 2020.

Is-Segretarju Joseph Agius qara estratt mil-minuti tal-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret fil-11 ta’ Ġunju 2020,. Dan kien jinkludi l-qari tal-minuti tal-Laqgha Ġenerali Straordinarja 2018 li saret fil-11 ta’ April 2019, ir-Rapport Finanzjaru 2019 u l-ħatra ta’ Awdituri għas-sena 2020.

Diane Cassar ippropona li dawn il-minuti jitressqu għall-approvazzjoni tal-membri u Ivan Pirotta ssekonda. Il-membri preżenti approvaw il-minuti u dawn ġew iffirmati.

Item 2 : Rapport Amministrattiv għas-sena 2020.

Is-Segretarju Joseph Agius qara r-Rapport Amministrattiv għas-sena 2020 u talab li dan jitpoġġa għall approvazzjoni tal-membri preżenti.

Paul Meilak ippropona dan ir-Rapport Amministrattiv 2020 għall-approvazzjoni u Eric Galea ssekonda.

Il-membri preżenti approvaw dan ir-Rapport Amministrattiv 2020.

Item 3 : Rapport Finanzjarju – Perjodu 1 ta’ Jannar – 31 ta’ Diċembru 2020.

L-accountant tal-klabb Pierre Sammut informa lill membri li r-Rapport Finanzjarju awditjat irid isir kull sena kalendarja biex il-klabb ikun jista jingħata l-liċenza tal-UEFA u għaliex dan hu meħtieg mil-Kummisjoni tal-Għaqdiet Volontarji skond il-ligi ta’ Malta. Dan ir-rapport għas-sena finanzjarja 2020, ikopri ħames xhur mill istaġun 2019/2020 u seba’ xhur mil-istaġun 2020/2021.

Wara hu għadda biex qara u spjega r-Rapport Finanzjarju 2020, li jinkorpora fiħ il-finanzi tal-klabb u akademja flimkien (ma’ dan hemm ukoll Rapport Finanzjarju separat għal akademja). Hu qal li għas-sena 2020 id-dħul globali kien dak ta’ €943,727, li l-maġġoranza tiegħu ġie mill-isponsorship tal-President Anton Tagliaferro u mill UEFA, filwaqt li l-ħruġ kien dak ta’ €932,643 li l-maġġoranza tiegħu kien f’pagamenti lill impjegati (li jinkludu plejers, kowċis etc). Dan ħalla surplus għas-sena 2020 ta’ €11,084.

L-Awditur Emmanuel Farrugia qal li hu jikonferma dak kollu li qal l-accountant u l-materjal kollu ġie iċċekjat u nstab li kollox kien kif suppost. Hu qal li jinsab sodisfatt u jinnota li kien hemm progress fuq is-sena l-oħra, minkejja dak li għaddejna minnu fis-sena 2020.

Is-Segretarju Joseph Agius ġibed l-attenzjoni li f’Ġunju 2021 waqt Laqgħa Ġenerali Annwali tal-klabb se jitressaq Rendikont Finanzjarju ta’ l-istaġun 2020/2021 għall approvazzjoni tal-membri, pero’ dan ma jkunx awditjat. Ma’ dan jitressaq ir-Rendikont Finanzjarju 2020/2021 separat tal-Akademja.

Peter Cipriott ppropona ir-Rapport Finanzjarju 2020 tal-klabb/akademja għall-approvazzjoni u David Melillo ssekonda.

Il-membri preżenti approvaw dan ir-Rapport Finanzjarju Awditjat għall perjodu mil-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2020. Dawn ġew iffirmati. Kopja tar-Rapport Finanzjarju 2020 mhemuz- download

Item 3 : Ħatra ta’ Awdituri Professjonali – sena 2021.

Għalkemm l-accountant Pierre Sammut kellu kliem ta’ tifħir għax-xogħol li għamel bir-reqqa l-Awditur preżenti DFK Ltd u li ko-opera ħafna sabiex dan kien lest fil-ħin, jidhrilna li l-miżata li kien qiegġed jitħallas dan l-awditur li waħda daqxejn għolja u rridu naraw kif innaqsu dawn l-ispejjes.

Ġie deċis li qabel naħtru Awditur għas-sena 2021 għandna ninnegozjaw mil-ġdid il-ftehim li għandna ma’ dan l-Awditur u nitolbuħ biex inaqqas il-miżata. Jekk ma naslux miegħu rridu nfittxu Awdutur ġdid mil-aktar fis.

Biex dan isir trid tissejaħ Laqgħa Ġeneral Straordinarja oħra fil żmien mil-iktar qasir.

Il-vici President David Melillo ppropona li l-Awditur Estern għas-sena 2021 għandu jintagħżel u jiġi approvat waqt Laqgħa Ġeneral Strordinarju oħra, li trid tiġi organizzata fil-futur qarib. Joseph Agius issekonda u l-membri approvaw.

Item 4 : Affarijiet oħra.

Ma kienx hemm xejn.

Item 5 : Għeluq mill-viċi President .

Il-viċi President David Melillo għalaq din il-Laqgħa billi rringrazzja lill-membri preżenti, lill accountant, lill awditur u lir-rappreżentant tal-MFA Stephen Calleja, talli għoġobhom jieħdu sehem f’din il-Laqgħa.

Hu qal li f’isem il-membri kollha jixtieq jirringrazzja lill President Anton Tagliaferro li mingħajru ma konniex naslu sa hawn, lis-Segretarju Joseph Agius kif ukoll lill Peter Cipriott għax-xogħol li jagħmlu għal dan il-klabb. Hu rringrazzja lill accountant Pierre Sammut u lill awditur ta’ DFK TLD Malta għax-xogħol professjonali li biħ għamlu dan ir-Rendikont Finanzjarju.

Hu qal li meta nħarsu lura lejn dak li ġara s’ issa f’dan l-istaġun li qegħdin fiħ 2020/2021 nsibu li l-prestazzjoni tat-tim tagħna ma’ kienx dak li wieħed xtaq. Kien hemm bżonn ta’ aktar inpenn mil-plejers. Hu qal s’issa għad fadal seba’ logħbiet x’jintlagħabu biex jintemm dan l-istaġun. Jekk jiġi deċis li jieqaf il-kampjonat qabel il-waqt, bil-pożiżjoni tagħna fl-10 post tal-klassifika għadna m’ahniex ċerti jekk ħlisniex mir-relegazzjoni. Irridu nistennew sakemm il-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA jieħu deċizjoni nhar il-Gimgħa 9 ta’ April biex inkunu nafu eżatt x’inhi s-sitwazzjoni.

Hu qal li ma kellux aktar xi jżid ħlief li jitlob l-għajnuna, kemm finanzjarjament kif ukoll b’xogħol volontarju, ta’ dawk kollha li jistgħu.

Din il-Laqgħa ġiet fit-tmiem tagħha fid-8:15 pm.