06/06/2019: Balzan FC will be holding its Annual General Meeting 2019 on Thursday 6th June 2019 at the Balzan FC Training Ground in Guizeppi Cali’ Street, Lija at 18:30. During this meeting the committee for season 2019/2020 will be elected.

——————– 0 ———————

BALZAN FOOTBALL CLUB

ĊIRKULARI

Għażiż membru,

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Balzan F.C. ser ssir nhar il-Ħamis 6 ta’ Ġunju, 2019 fis-6.30pm, fit-“Training Ground” ta’ Balzan FC fi Triq Guzeppi Cali’, Hal Lija. Jekk ma jkunx hemm kworum din tibda nofs siegħa wara l-ħin avżat, skond ir-Regolament 16 tal-iStatut, ikunu kemm ikunu l-membri preżenti.

AĠENDA :

  1. Qari tal-minuti tal-Laqgħa Ġenerali Annwali 2017/2018, li saret fit-29 ta’ Mejju 2018.
  2. Approvazzjoni tar-Rapport Amministrattiv tal-klabb u tal-akademja għall-istaġun 2018-2019.
  3. Qari tar-Rapport Finanzjarju tal-klabb u tal-Akademja (mhux awditjati) għall-istaġun 2018/19.
  4. Emendi jew tibdil fl’ iStatut tal-klabb.
  5. Elezzjoni għal membri tal-Kumitat għall-istaġun 2019/2020.
  6. Affarijiet oħ
  7. Għeluq mill-viċi President li jagħti bidu għall-iStaġun 2019/2020.

NOTI :

  • Dawk il-membri li jixtiequ jipproponu emendi jew tibdil fir-Regolamenti tal-iStatut għandhom jissotomettu l-poposti tagħhom bil-miktub lis-Segretarju, sa mhux aktar tard mis-6.30 pm ta’ nhar l-Erbgħa 5 ta’ Ġunju 2019.
  • Dawk il-membri li jixtiequ jinnominaw kandidati għal membri tal-kumitat għandhom jimlew il-formola mehmuża u jibgħatuha lis-Segretarju, sa mhux aktar tard mis-6.30pm ta’ nhar l-Erbgħa 5 ta’ Ġunju 2019. Il-Membri proposti huma mitluba li jirregolaw il-validita tagħhom mar-Regolamenti numru 7 u 8 tal-iStatut. Dawk il-formoli li ma jkunux mimlijin sewwa jew li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati. Jekk ma jkunx hemm nomini qabel tibda din il-Laqgħa, jistgħu jsiru nominazzjonijiet waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali.
  • Il-Membri kollha huma mitluba li jirregolaw ruħhom fil-menswalita sabiex ikunu eleġibbli li jivvotaw, waqt il Laqgħa Ġenerali Annwali.

 

Joseph Agius

Segretarju

Leave a Reply